Il-Port Ħieles magħżul sabiex jinġibed parti minn film Amerikan

Produzzjoni Amerikana bl-isem ta’ “The Silent Hour” bdiet tinġibed f’diversi lokalitajiet f’Malta fosthom ġewwa l-Port Hieles.

“The Silent Hour” ser jinġibed f’37 jum ta’ produzzjoni f’Malta, jumejn minnhom fil- Port Hieles. Dan ser iħalli aktar minn €9.7 miljuni fl-ekonomija lokali. L-atturi Joel Kinnaman attur prinċipali fil-film rinomat Suicide Squad u Mark Strong b’parti b’saħħitha f’films bħal Kingsman: The Secret Service, “Sherlock Holmes” u “Zero Dark Thirty” huma żewġ uċuħ familjari li ser ikunu l-protagonisti f’dan il-film.   

Il-ħaddiema tas-sigurtà tal-korporazzjoni ħadmu bi sħiħ sabiex jassiguraw li jkun hemm sigurtà ġewwa ż-żona tal-Port Ħieles waqt il-ġbid tal-film.