Ftuħ uffiċjali tal-parkeġġ tal-Freeport li se jitgawda mir-residenti ta’ Birżebbuġa

Il-Ministru Silvio Schembri u Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli flimkien ma’ l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni tal-Freeport David Magro, inawguraw uffiċjalment il -parkeġġ tal- Freeport.

Dan il-parkeġġ huwa mibni fuq tliet sulari u jesa’ 450 karozza. Sar b’investiment ta’ €3 miljuni mill-Korporazzjoni tal-Freeport.

Is-Sular ta’ isfel se jkun qed jintuża mill-ħaddiema tal-Freeport Terminal, filwaqt li ż-żewg sulari l-oħra għaddew lill-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġa għall-uzu tar-residenti u n-nies li jzuru dan ir-raħal.

Il-Korporazzjoni tal-Freeport, impenjat ruħha fuq dan il- progett b’sens qawwi ta’ Corporate Social Responsibility’ li possibilment huwa l-akbar investiment ta’ CSR f’Malta.